Qala Feast
This page is dedicated to the Saint Joseph feast that is celebrated in the village of Qala on the first week of August.
On this page you can find videos and photos, music as well as information about all the events that are going to be organized by the various committees in Qala during the following weeks.
16/10/2026
08/10/2026
OKKAŻJONI BIEX TAKKWISTA RIGAL SPEĊJALI!!!
STATWA TA' SAN ĠUŻEPP KOMPLUTA BIL-PADESTALL
Replika tal-Vara Titulari tagħna tal-Qala
L-Għaqda Briju San Ġużepp, qed tniedi l-pre-orders biex dawk interessati jiġu rreġistrati. Ser ikollna numru limitat ta' statwi ta' San Ġużepp.
Qed naħdmu biex dawn l-istatwi jsiru kemm jista’ jkun simili tal-vara titulari. Ser ikunu maħduma barra minn Malta u aħna ser nsegwu pass pass l-proċess kollhu sabiex tkun simili kemm jista’ jkun. Ser nieħdu ukoll pariri professjonali ta’ artisti lokali biex il-prodott ikun ta’ livell għoli kemm jista’ jkun.
Jekk int Ġużeppin titlifx din l-opportunitá ta’ darba!!!
L-istatwa tiswa €200 u mal-ordni se nkunu qed nitolbu depożitu ta' €100.
01/10/2026
🎅🎄 MAKE THIS CHRISTMAS MAGICAL! ☃️✨
Looking to add some extra magic to your Christmas event? 🎁
🎅⛄Giant Santa & Snowman Inflatables for Rent!
Perfect for Christmas markets, village squares, schools, parties and festive events! ✨🎄
📏 Santa Claus: 20 ft (approx. 6.1 metres)
📏 Snowman: 20 ft (approx. 6.1 metres)
Contact us today
📞: 9956 5644
📧 :[email protected]
💬: Or message us on this page
🎄 Make your event stand out and bring the Christmas spirit to life! ❤️✨
22/09/2026
Bħalissa qed issir manutenzjoni fuq l-arbli tad-daħla tar-raħal tagħna, xogħol li qed jitwettaq mill-membri tal-Għaqda tagħna. 💙
Grazzi lill-membri kollha li qed jagħtu l-ħin u l-ħidma tagħhom biex inkomplu nżommu r-raħal tagħna sabiħ u mħejji. 🙏🏻
💙
21/09/2026
🛍️ ĠURNATA SQALLIJA – BLACK FRIDAY SHOPPING TRIP
L-Għaqda Briju San Ġużepp, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Qala, qed torganizza ġurnata unika ta’ xiri f’Sqallija għall-Black Friday.
📅 Il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru 2026
📍 Se nżuru: Sicilia Outlet Village • Centro Sicilia • Primark
Prezzijiet:
👤 Kbar – €135
👧 Tfal (4–13 snin) – €100
Il-prezz jinkludi:
✔️ Trasport mill-Qala u lura
✔️ Vjaġġ bil-katamaran
✔️ KOWĊ magħna l-ġurnata kollha
✔️ Tour Leader
✔️ Taxxi kollha inklużi
📲 Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 79455743
Il-postijiet huma limitati!
19/09/2026
🇲🇹Ix-xogħol miexi ġmielu għall-Festa 2027! Rendikont żgħir tax-xogħol li qed isir ġewwa l-imħażen tagħna!💙
- Irħamar ta'6 pilandri tal-brazzi tal-Pjazza
- Tlestiha tas-sopraporti tal-bandalori ta'Pjazza Isqof M.Buttiġieġ
- Restawr ta'set trofej antiki
🇬🇧Work on the 2027 Feast is progressing beautifully! Here is a brief update on the work currently underway in our workshops:💙
- Marbling of six coloumns for the Main Square
- Completion of the wooden 'sopraporta' for Bishop M. Buttiġieġ Square
- Restoration of a set of antique wooden coloumns
12/09/2026
𝙂𝙧𝙖𝙯𝙯𝙞 𝙁𝙧 𝘾𝙝𝙖𝙧𝙡𝙚𝙨 tal-preżenza kontinwa u d-dedikazzjoni tiegħek fil-ħajja tal-parroċċa.
Matul is-snin dejjem kont hemm biex tagħti s-servizz tiegħek u tgħin lill-komunità, taħt diversi Arċiprieti. Grazzi tal-ħidma, tal-għajnuna u tal-impenn tiegħek lejn il-parroċċa. Napprezzaw ħafna li se tibqa’ qrib tagħna u li se tkompli taqdi u sservi lill-komunità parrokkjali tagħna.
07/09/2026
L-Għaqda Briju San Ġużepp tixtieq tirringrazzja lill-Arċipriet Mons. Edward Xuereb u Fr. Massimo Buttiġieġ, għall-ħidma, dedikazzjoni u l-appoġġ kontinwu tagħhom lejn il-komunità u lejn l-għaqda tagħna.
Grazzi!
07/09/2026
⚪🔵Ir-raħal tagħna għandu Arċipriet ġdid! ⚪🔵
Bi pjaċir kbir nilqgħu fostna lill-Dun Gabriel Gauci, u nagħtuh merħba mill-qalb fil-komunità tagħna!
Nawgurawlek ħidma mimlija ġid, barka u suċċess fost in-nies tagħna. Jalla l-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp dejjem iħarsuk, jiggwidawk u jmexxuk fil-missjoni tiegħek.
Ser issibna dejjem warajk, magħqudin miegħek u lesti nagħtu s-sehem tagħna għall-ġid tal-komunità tagħna.
Merħba fostna, Dun Gabriel u nitolbu għalik! 🙏
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Website
Address
Qala
Alerts
Be the first to know and let us send you an email when Qala Feast posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.